Dħul | Ghaqdiet sħab fil-proġett | Ikkuntattjana Austria Germany Czech Republic Belgium Denmark Estonia Europe Finland France Greece Hungary Italy Ireland Latvia Lithuania Luxembourg Malta The Netherlands Poland Portugal Serbia Slovakia Slovenia Spain Sweden United Kingdom
Speak up Europe website Back to Homepage
European citizens
Miġjub lilkom bix-xewqat sbieħ ta’ :
European Movement
Għajnuna :

Bl’għajnuna tal-Kummisjoni Ewropea. Il-Kummisjoni Ewropea mhux responsabli għall-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni fuq din il-websajt

About the campaign "

Il- kampanja ‘Speak Up Europe' bdiet! Il-ħsieb ta' din il-kampanja huwa li ninstigaw dibattitu attiv dwar l-Unjoni Ewropea (UE) u il-futur tagħha. Jinteressana insiru nafu' x'taħseb int dwar x'għanda jew x'mgħandiex tagħmel L-UE, fejn għandha tinvolvi ruħha, u kif għandha tagħmel xogħolha...Semma leħnek, ingħaqad fid-dibattitu!

"
 

Il-Film

 

X’għamlet l-Ewropa?

  • Vjaġġi orħos u b'aktar sigurta'

    L-UE mhux biss ipprovdiet vjaġġi ta' l-ajru b'sigurta' akbar, imma pprovdiet ukoll vjaġġi orħos, u kompetittivita' akbar bejn il-linji ta' l-ajru rreġistrati fl-Istati Membri. Vjaġġi orħos huma l-aktar effett viżibbli ta' l-avvanzi fis-sistema ta' l-immaniġjar tat-traffiku ta' l-ajru u ż-żieda fil-kompetittivita'.


  • Student Exchange Programmes

    Within the last 10 years the EU has created different education programmes in order to give students the possibility to experience different national cultures and broaden their personal horizon. Up to now 1.2 million students have benefited from the ERASMUS Programme and many more are expected to experience it in the future.


  • Protezzjoni tal-Propjeta' Intelletwali

    Propjeta' intelletwali tirreferi għal żewġ setturi prinċipali: propjeta' industrijali u drittijiet ta' l- awtur. Bażikament, tfisser li int m'għandekx dritt tuża l-ideat ta' xi ħadd ieħor, per eżempju, jekk il-ħabib tal-qalb tiegħek kiteb kliem ta' diska, int ma tistax tippublikaha f'ismek. Il-ħidma ta' l-UE f'dan is-settur tirriżulta f'numru ta' liġijiet li għandhom l-għan jipproteġu l-għerf tal-kumpanija u l-individwu.


  • Paċi

    Paċi fl-Ewropa seħħet permezz ta' l-Allejanza li saret bejn il-Ġermanja u Franza u l-formazzjoni tal-Kommunita' Ewropea tal-faħam u l-azzar. L-Ewropa mxiet konsiderabbilment permezz tal-paċi bejn l-Istati Membri. Is-sigurta' internazzjonali hija t-theddida prinċipali f'reġjuni differenti tad-dinja. Għalhekk, l-UE nehdiet politika biex tikkumbatti dawn il-problemi.   


  • l-Ewro

    Il-munita unika, l-Ewro, hija parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum imma mhux il-benefiċċji kollha tagħha huma magħrufa. Mill-vantaġġ ta' l-ivjaġġar b'munita waħda, għall-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku, għat-tisħiħ tar-rwol ta' l-Ewropa fil-kummerċ dinji u l-integrazzjoni politika, l-introduzzjoni ta' l-Euro swiet ta' ġid aktar minn kemm in-nies kienu qed jistennew.


  • Fondi Reġjonali

    L-għaqda u s-solidarjeta' huma ftit mill-għanijiet importanti għall-UE.  Raġuni importanti għaliex inħolqot il-Politika Reġjonali Ewropea hi li l-UE temmen li għandhom jiġu pprovduti standards u drittijiet ugwali għaċ-ċittadini kollha.


  • Telefonati orħos u ta' kwalita' aħjar

    Il-liberalizzazzjoni tas-swieq tat-telekomunikazzjoni fl-1998 u l-iżviluppi kontinwi fil-qasam teknoloġiku sarrfu fi tnaqqis regolari tal-prezzijiet fi ħdan l-UE. Dan ifisser li huwa irħas li ċċempel lill-ħbieb tiegħek u l-familja u tista' tagħżel bejn operaturi differenti.


  • Protezzjoni għall-Konsumatur

    Il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurta' ta' l-ikel fl-Unjoni Ewropea huma żewġ kwistjonijiet li dejjem marru id f'id. Ir-responsabbilta' prinċipali tad-Direttorat Ġenerali dwar is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur hija li tipprovdi liġijiet u regolamenti fuq is-sigurta' ta' l-ikel u fuq id-drittijiet tal-konsumatur.


  • Ewropa aktar b'saħħitha

    Il-kwistjonijiet ta' saħħa pubblika li l-UE qiegħda tieħu ħsieb huma numerużi u jkopru numru ta' oqsma differenti. Dawn jikkonċernaw kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa, kemm iż-żgħar kif ukoll il-kbar. L-UE introduċiet ukoll il-karta Ewropea ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa li hija l-garanzija tiegħek jekk timrad meta tkun imsiefer.


  • Protezzjoni ta' l-Ambjent

    Fl-UE, kwistjonijiet ambjentali li jinkludu inizjattivi dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent ġew meqjusa bħala ftit mill-aktar punti importanti mhux biss għad-diskussjoni imma wkoll għall-azzjoni. Per eżempju, l-UE qiegħda taħdem sabiex jintlaħqu l-miri ta' ‘Kyoto' sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja li jikkawża is-sħana globali.


  • Opportunitajiet indaqs - kontra d-diskriminazzjoni

    Il-promozzjoni ta' l-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma kkunsidrati bħala ftit mill-aktar kwistjonijiet importanti fl-Ewropa u ħafna direttivi ġew imwettqa sabiex jiġġieldu l-inugwaljanzi li jeżistu fl-iStati Membri. L-2007 hija uffiċjalment is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd. Barra minn hekk, il-Pjan għall-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 kien varat b'sitt oqsma ta' prijorita' għall-Azzjoni mill-Unjoni Ewropea fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi.


  • Kummerċ Estern

    Il-kummerċ estern ta' l-Ewropa minn dejjem kien importanti ħafna għas-suċċess ta' l-Unjoni Ewropea. Fi snin riċenti, il-livell ta' kummerċ tagħna żdiet u issa qegħdin inkomplu nikbru bħala atturi importanti fid-dinja tal-kummerċ, Illum l-UE tilħaq 20% ta' importazzjonijiet u esportazzjonijiet globali u hi issa l-akbar attur kummerċjali fid-dinja.



 Fittex fis-Sit

  Aħbarijiet u Avvenitmenti

  Opinion Poll
  • Togħġbok l-animazzjoni "X'qatt għamlet l-Ewropa għalina!?" ?

Le
Iva
Kompletament
Insomma
Ma nafx

  Għaqdiet Internazzjonli sħab f’dan il-proġett